
San Pietru u San Pawl nirreferu għalihom bħala “l-Kolonni tal-Knisja” għax it-tnejn kienu importanti fit-twaqqif tal-Knisja. Il-festa tagħhom hija għażiża ħafna għall-Knisja speċjalment għalina l-Maltin li nsejħulha l-˝Imnarja ̏. San Pietru hu l-Kap tal-Knisja, u San Pawl waqqaf il-Knisja f’Malta.
Mod sabiħ biex tiċċelebra l-festa ta’ dawn iż-żewġ qaddisin u biex iġġib dawn il-personalitajiet ħajjin għat-tfal huwa li tgħaddu flimkien ftit ħin taħsbu fuq il-ħajja tagħhom, mhux biss billi tħarsu lejn il-pitturi jew l-istatwi tagħhom.
Probabbilment, it-tfal diġà jafu xi ftit dwarhom.
San Pietru
Pietru kien raġel maħbub, xi drabi nervuż, imma prattiku. Madanakollu vera ċertu dgħjufija kien taħt pressjoni! Kien raġel miżżewweġ, sajjied minn Betsajda fil-Galilea. Ġesù sejjaħ lil Pietru biex ikun appostlu, u sar wieħed mill-aktar viċin tiegħu. Tah missjoni speċjali, u biddillu ismu minn Xmun għal Pietru li jfisser “Blata”.
Hu kien ma’ Ġesù waqt mumenti importanti fit-twaqqif tal-ministeru pubbliku tiegħu, meta kien qed jivvjaġġa fil-Galilea u l-Ġudeja.
Hu ra lil Ġesù jagħmel il-mirakli, semgħu jgħallem dwar l-imħabba t’Alla u tal-proxxmu. Kien miegħu fit-Trasfigurazzjoni, fl-Aħħar Ċena u fl-Ort tal-Ġetsemani. Minkejja li kien viċin ħafna ta’ Ġesù, hu ċaħdu tlett darbiet u jidher li ma kienx hemm meta Ġesù miet fuq is-salib!
Imma kien hu l-ewwel wieħed li daħal fil-qabar vojt wara l-Qawmien ta’ Ġesù u ddispjaċih ħafna talli kien għamel waqt li pproklama mħabbtu lejn l-Imgħallem tiegħu u wiegħed il-fidi tiegħu fih. Ġesù ma ċanfrux imma staqsa biss lil Pietru jekk kienx iħobbu! Bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, San Pietru kien l-ewwel wieħed li ppriedka dwar Ġesù lill-folol kbar f’Pentekoste!
Eventwalment, mar Ruma fejn ġie msallab meta l-Insara kienu ppersegwitati mill-Imperatur Neruni.
San Pawl
Pawlu kien iżgħar minn Pietru pero’ ma kienx sajjied. Is- sengħa tiegħu kienet li jagħmel it-tined. Hu kien raġel intelliġenti, jaf iħobb, leali u kuraġġuż. Kien mexxej dedikat għall-missjoni tiegħu li jxerred it-twemmin f’Ġesù Kristu. Għalhekk kien ikkunsidrat bħala appostlu avolja hu ma kienx wieħed mit-tnax. Hu kkunsidrat ukoll bħala l-akbar missjunarju Kristjan għax hu vjaġġa minn pajjiż għall-ieħor madwar il-Mediterran iwaqqaf komunitajiet Kristjani.
Ħafna drabi San Pawl kien imsemmi bħala Fariżew li kien jippersegwita lil dawk li kienu jimxu wara Ġesù u li hu stess sar jemmen fih u ta ħajtu għalih. Il-konverżjoni ta’ Pawlu kienet trasformazzjoni. Pawlu kellu fidi qawwija fit-twemmin Ġudajku, il-Liġi li kienet mgħoddija minn Mosè, allura kien iħares lejn l-Insara bħala theddida għal dan it-twemmin. Hu nbidel meta ltaqa’ ma’ Ġesù fi triqtu lejn Damasku. L-isfida tiegħu kienet li jikkonvinċi lill-Appostli u lill-Kristjani Lhud, magħrufa bħala Ġentili, li dawk li ma kienux Lhud setgħu jitgħammdu mingħajr ma jkollhom qabel iħarsu r-regoli tal-Lhud. Kien il-persuna l-aktar importanti li bena l-pont bejn it-Testment il-Qadim u l-Kristjaneżmu tat-Testment il-Ġdid. L-Ittri tiegħu fit-Testment il-Ġdid jipprovdu tagħlim profond fuq il-Kristjaneżmu.
Fl-aħħar vjaġġ tiegħu fi triqtu lejn Ruma, kien hemm maltempata kbira u l-ġifen li kien fuqu ħabat u nkalja ma’ sikka fl-ibħra Maltin. Aħna l-Maltin għandna x-xorti kbira li ġejna kkonvertiti minnu fis-sena 60. Fl-istess persekuzzjoni ta’ Neruni, li fiha kien miet San Pietru, San Pawl ġie arrestat, mitfugħ il-ħabs u wara ġiet maqtul bi qtugħ ir-ras.
