B’għajnejk miftuħa

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba ta' gwida

Helow  tfal!

Tiftakar meta ma stajtx torqod, bqajt b’għajnejk miftuħa, preparat, tistenna għaliex kien ser jiġri xi ħaġa speċjali? Forsi meta kont ser tmur f’xi Fun Park, lejliet il-birthday party  tiegħek, forsi ħabba xi logħba jew meta kont sejjer xi vaganza jew meta kont ser tiltaqa’ ma xi ħadd speċjali.

 Ġesù jgħidlna:-

“Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom.”  Ġesù qed ifakkarna biex nkunu b’għajnejna miftuħa, attenti u preparati għal dak il-mument speċjali meta hu ser jsejħilna biex ngħixu għal dejjem miegħu fil-Ġenna. Nistgħu nippreparaw ruħna għal dan il-mument billi nsaħħu l-ħbiberija tagħna miegħu matul il-ħajja tagħna kollha.  

Il-prayer space li ser nagħmlu llum jisimha – B’ għajnejk Miftuħa  u għaliha għandna bżonn:

  • Karta forma ta’wiċċ
  • 2 tappijiet tal-flixkien tal- plastic
  • Glue
  • Marker

Ħu ftit ħin biex taħseb kif tħossok li kieku Alla kellu jiġi għandek b’sorpriża.  Ser isibek ppreparat, b’għajnejk miftuħa tistenniħ?

Wara li tpinġi għajn fuq kull wieħed mit-tappijiet, weħħel iż-żewġ tappijiet tal-plastik bħala par għajnejn miftuħa fuq il-karta b’forma ta’ wiċċ. 

Kompli itlob lil Alla sabiex jipprovdilek nies fil-ħajja tiegħek  li jinkoraġġuk biex tibqa’ b’għajnejk miftuħa, preparat, tistenna l-mument meta ser jsejjaħlek biex tgħix għal dejjem miegħu fil-Ġenna. 

Pawza ta’ fit-talb.

Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.