Dejn tal-imħabba

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għal min qed ibati

ll-ġurnata tat-23 t’Awissu hija t-tifkira tal-Ħelsien tal-Kummerċ tal-Ilsiera. Bdiet tiġi ċċelebrata fl-Istati Uniti fejn numru kbir tal-lsiera, fosthom ħafna Afrikani li kienu nbiegħu, u ta’ kull eta’, ġew meħlusa. Fis-sena 1865 l-iskjavitù. sar illegali fl-Istati Uniti.

Ara dan il-vidjo:

Wara rrifletti ftit permezz ta’ dawn il-mistoqsijiet:

  1. Liema xena mill-video l-aktar li laqtitek?
  2. Għaliex?
  3. Fuq il-mudell tad-dollaru ikteb talba għal tfal u żgħażagħ li bħalissa qed jiġu ttrattati ħażin. Fakkarhom li l-imħabba t’Alla għalihom hija kbira u qed jgħannaqhom.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.