Ismi

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għal ħsibijiet pożittivi

Ħelow Tfal! 

Ġieli saqsejt lill-ġenituri jew pruvajt tfittex xi jfisser ismek?

Fit-12 ta’ Settembru niċċelebraw l-Isem Imqaddes ta’ Marija. 

L-isem ta’ Marija jfisser maħbuba. Marija kienet magħżula għall- missjoni importanti ħafna – li twassal l-iben t’Alla fid-dinja, u għalhekk kienet maħbuba u magħżula minn Alla.

Il-Prayer Space tal-lum jisimha Ismi u għaliha ser jkollna bżonn karta vojta u kuluri.

Fil-ġenb tal-karta, ikteb ismek b’ mod wieqaf. Ħares lejn ismek u irriffletti ftit fuqek innifsek. Wara, aħseb fuq kull ittra u minn kull ittra oħroġ aġġettiv sbieħ li jiddiskervik. Jekk teħel ftit, saqsi lil tal-familja jew lil sħabek, għax dawn jkunu raw affarijiet pożittivi fik li inti ma tkunx rajt.

Żejjen l-karta bil-kuluri u sticker, u weħħilha x’imkien fejn tara kuljum.

Inġabar ftit fil-kwiet u għid talba ta’ ringrazzjament lil Alla għal karateristiċi sbieħ li hemm fik. 

Saħħa ħbieb!

Sakemm nerġgħu niltaqgħu.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.