Ħelow Tfal!
Minjaf kemm-il darba tkellimtu, għamiltu xi komponiment jew ħadtu sehem f’xi kompetizzjoni dwar x’tixtiequ ssiru la tikbru, u minjaf kemm ħsibijiet għaddew minn moħħkom! Din hija waħda mix-xewqat li wieħed ikollu. Żgur li kull wieħed u waħda minna għandna xewqat u ħolm li nixtiequ li jseħħu, anke jekk forsi bħalissa qed narawhom impossibli jew għadhom f’qalbna u għadna ma esprimejniehomx.
Il-prayer space li ser nagħmlu flimkien jisimha Xewqat u Ħolm.
Għaliha għandna bżonn:
Ġesu’ jgħid lid-dixxipli tiegħu u lilna: “Għal bnedmin impossibli…imma għal Alla kollox jista’ jkun.” B’dan il-kliem f’moħħna naħsbu ftit x’inhuma x-xewqat u l-ħolm tagħna. Ikteb jew pinġi ix-xewqat u l-ħolm tiegħek. Itwi l-karti u poġġiehom ġo qoffa.
Tkellem ma’ Alla dwar ix-xewqat u l-ħolm tiegħek, u rringrazzjah tal-kuraġġ li qed jagħtik.