Ħelow tfal!
Tiftakar ma’ kemm nies iltqajt u kellimt ilbieraħ u llum? Ilkoll kemm aħna niltaqgħu ma’ nies differenti fil-ħajja tagħna. Hemm dawk in-nies li nirrelataw magħhom spiss, hemm dawk li ma tantx nafuhom, u hemm ukoll dawk li forsi ma tantx nieħdu gost bihom. Alla ħalaqna biex inkunu flimkien. Fil-ħajja tagħna għandna bżonn lil oħrajn biex nitkellmu, nilgħabu, nitolbu, immorru xi mixja u anke nieklu flimkien.
Il-Prayer Space tal-lum jisimha Ilkoll Aħwa. U biex nifhmu iktar dan għandna bżonn:
Ġesù huwa ħuna l-kbir li jgħaqqadna. Ġesù huwa bħaz-zokk tas-siġra u aħna l-weraq fil-friegħi tas-siġra magħqudin flimkien – miegħu u ma’ dawk kollha li niltaqgħu magħhom. Ejjew nagħmlu din is-siġra billi kulħadd juża’ l-krejattività tiegħu. Wieħed jista’ jagħmel bħal din:
i. Fuq il-karta l-bajda pinġi zokk ta’ siġra jew ifforma wieħed kif tixtieq inti u fuqu ikteb Ġesù.
ii. Waħħal iz-zokk f’post fejn tarah spiss.
iii. Imbagħad fuq il-karti l-ħodor jew ikkuluriti pinġi l-forma ta’ jdejk għal ħafna drabi u qassashom.
iv. Fuq l-strixxa tal-karti ikteb Ilkoll Aħwa u waħħalha fuq is-siġra.
Ikteb ismek fuq l-ewwel forma u waħħalha maz-zokk. Fuq il-forom ta’ jdejk se tikteb kuljum l-ismijiet ta’ dawk in-nies li tkun ltqajt jew ikkomunikajt magħhom. Waqt li qed twaħħal l-isimijiet ta’ dawn il-persuni maz-zokk biex tkompli tifforma s-siġra, aħseb ftit fihom u għid talba għalihom. Dan il-ġest se jfakkarna li aħna llkoll aħwa ta’ xulxin u li kulħadd huwa importanti.