Illum ser nżiedu: l-ilma.
Naħsbu:
Meta xi darba niftħu l-vit u ma nsibux ilma nindunaw kemm għandna bżonnu. Nużawh meta jkollna l-għatx, biex ninħaslu, biex nagħtu lill-pets jixorbu, għandna bżonnu biex naħslu l-platti u l-ħwejjeġ. Żgur li x’imkien fil-presepju jrid ikun hemm l-ilma. Il-Madonna kellha bżonn l-ilma, ir-rgħajja riedu jagħtu lin-nagħaġ jixorbu u anke tal-lukanda kellu bżonn xi bir tal-ilma fil-qrib. Hemm drabi meta biex neħilsu minn xi kastig, ngħidu xi gidba! Il-gideb ma jħallix lil qalbna nadifa.
X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?
Aqraw l-istorja ta’ Żakkew (Luqa 19, 1-10). Żakkew kien jiġbor it-taxxi, ma kien hemm xejn ħażin li jagħmel dan, imma hu kien jigdeb u jiġbor aktar milli kien suppost biex iżomm il-bqija għalih. Hu kellu jbati l-konsegwenzi għax ħadd ma ried ikun ħabib tiegħu! Madanakollu meta ltaqa’ ma’ Ġesù, iddispjaċih u patta għal dak li kien għamel ħażin.
Talba:
Għażiż Ġesù, agħtini l-kuraġġ biex jien ma nigdibx, anke meta nkun naf li jekk ngħid il-verità ser ikolli xi kastig biex inpatti għall-għażla ħażina li nkun għamilt.
Azzjoni:
Qabel ma torqod, għid l-Att tal-Indiema bil-qalb.
Diska:
Ser inkwantaw: Speak the truth.