Illum ser narmaw: l-istilla
Naħsbu:
Min dejjem kien hawn nies jistudjaw is-sema u dak li hemm fiha. Anke fi żmien Ġesù kien hawn min jistudja l-istilel. In-nies kienu jitkellmu dwar stilla li kellha turi t-twelid ta’ xi ħadd kbir u importanti, ta’ dak li kienu ilhom jistennew ħafna…it-twelid tal-Messija.
X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?
Tafu li anke l-Knisja għandha osservatorju tagħha? Aqraw aktar fuqu hawnhekk.
Talba:
Ġesù, in-nies ħallew l-istilla twassalhom għandek, lili tajtni il-Knisja u ħafna nies biex jgħinuni nsir naf dwarek u nsir naf lilek. Grazzi Ġesù ta’ dan kollu u għinni biex nibqa’ dejjem insir nafek aktar.
Azzjoni:
Il-Knisja għandha għal qalbha ħafna il-Bibbja. It-Testment il-Ġdid, b’mod speċjali, jgħinna nsiru nafu lil Ġesù. Sib ġrajja mit-Testment il-Ġdid u aqraha.
Diska:
Nisimgħu id-diska: There is a star.