L-10 Jum

L-10 Jum

Il-personaġġi li nsibu illum huma: l-għorrief

Naħsbu:

Dawn it-tliet għorrief dejjem isibu posthom fil-presepju. Ħafna minnkom, tfal, x’aktarx l-ewwel tpoġġuhom l-bogħod mill-istalla fejn twieled Ġesù, u ftit ftit tressquhom qrib sakemm jaslu ħdejh. Dawn l-għorrief telqu mid-djar tagħhom mingħajr ma kienu jafu eżatt fejn ser imorru, u lanqas ma kienu jafu eżatt x’ser isibu. Emmnu biss li kien importanti li jmorru fejn twassalhom l-istilla. Taħsbu li kien hemm min waqqagħhom għaċ-ċajt?

X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?

Ġieli għamiltu xi ħaġa tajba u waqqgħukom għaċ-ċajt? Ġieli għidtu lil xi ħadd li se tmorru għall-quddiesa u daħku bikom? Tkellmu flimkien, dwar kif ħassejtukom meta ġraw affarijiet bħal dawn, u x’għamiltu. Kif tistgħu tgħinu lil xulxin, biex flimkien tagħmlu dak li jixtieq Ġesù?

Talba:

Ġesù, inti taf li mhux dejjem faċli nuru li aħna ħbieb tiegħek. Hemm min jidħak bina meta nagħmlu xi ħaġa tajba, jew ngħidu li mmorru għall-quddies. Ġesù agħtina l-kuraġġ biex ma naqtgħux qalbna u qatt ma nistħu ngħidu li aħna ħbieb tiegħek.

Azzjoni:

Qabel ma tibda tiekol il-lunch tal-iskola, rodd is-salib u għid grazzi lil Ġesù.

Diska:

Inkantaw id-diska: Song of the wise men

10. Niżżel it-tpenġija