15-il Jum

15-il Jum

Illum ser insbu: ir-rgħajja

Naħsbu:

Ir-rgħajja dejjem kienu jkunu attenti għan-nagħaġ tagħhom, kienu jaraw li jibqgħu mal-merħla u jipproteġuhom minn xi annimal li seta’ jattakkahom.

X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?

Kemm aħna attenti għal din il-festa li ser niċċelebraw? Il-Milied hija l-festa tat-twelid ta’ Ġesù. Ix-xiri tar-rigali, it-tindif tad-dar, l-ikla tal-Milied u affarijiet oħra qegħdin itellfu milli tippreparaw ruħkom għat-twelid ta’ Ġesù? Illum tibda n-novena, morru għan-novena flimkien, fil-parroċċa tagħkom.

Talba:

Ġesù aħna rridu li inti titwieled ġewwa fina, għallimna nħobbuk dejjem aktar.

Azzjoni:

Armaw il-presepju jew il-maxtura tal-Bambin, f’post ċentrali fid-dar.

Diska: 

Inkantaw illum: While shepherds watched.

15. Niżżel it-tpenġija