17-il Jum

17-il Jum

Ejjew illum nħarsu lejn: l-għaġeb

Naħsbu:

Dan kien li għaraf li dik it-tarbija ċkejkna kienet il-Messija tant mistenni. Ma setax ma jħarisx b’għaġeb kbir lejha u jiftaħ idejh b’ringrazzjament lil Alla.

X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?

Kemm naraw id Alla taħdem fil-ħajja tagħna ta’ kuljum? Kemm nirċievu għajnuna, u jiġrulna affarijiet u naħsbu li kienu bil-ħila tagħna, meta fil-fatt kienu kollha ġejjin mingħand Alla! Ieqfu u aħsbu dwar il-ġurnata tagħkom u araw kemm irċevejtu għajnuna mingħand Alla, kemm Alla mexa magħkom matul dan il-jum.

Talba:

Mulej Alla, kemm inti kbir. Kemm tħobbna u tieħu ħsiebna! M’għandniex kliem biżżejjed biex nirringrazzjawk ta’ dan kollu. Mulej Alla, jiena nħobbok u nadurak.

Azzjoni:

Qabel ma torqod, erġa aħseb dwar dak kollu li għamel miegħek Alla illum. Għidhom waħda waħda, u wara kull ħaġa li semmi, għid grazzi lil Alla.

Diska:

Inkantaw illum: How great is our God.

17. Niżżel it-tpenġija