20-il Jum

20-il Jum

Illum ser inpoġġu: il-ħmara

Naħsbu:

Mhux ħaġa sabiħa li ngħajjru lil xi ħadd, ħmar. Imma fil-Bibbja l-ħmar narawh bħala l-annimal li wassal lil Marija u lil Ġużeppi Betlehem, u għenhom biex jaħarbu lejn l-Eġittu. U meta Ġesù daħal Ġerusalemm, ma rikibx fuq xi żiemel kbir, imma għażel li jirkeb fuq ħmar.

X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?

Aħna kemm inkunu lesti li noffru l-għajnuna tagħna lill-oħrajn? Jista’ jkun li ġieli nibqgħu lura milli nagħtu l-għajnuna tagħna għax nibżgħu li jgħidulna ‘ħmir’?

Talba:

Ġesù jien irrid li ngħin lil dawk li għandhom bżonn l-għajnuna tiegħi. Ġieli minħabba l-ħbieb tiegħi ma nagħtix l-għajnuna għax joqgħodu jgħajjruni. Agħtini l-kuraġġ biex nagħmel dak li tixtieq inti, u mhux dak li jgħidu sħabi.

Azzjoni:

Illum minflok tilgħab, ara kif tista’ tgħin lill-ġenituri fid-dar.

Diska:

Illum ser nisimgħu: It’s a long way on a donkey.

20. Niżżel it-tpenġija