Illum ser inpoġġu: it-tiben
Naħsbu:
Il-Madonna ma kellhiex xi saqqu komdu biex tpoġġieh taħt Ġesù. Kulma sabet kien ftit tiben.
X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?
Aħsbu ftit kemm nieħdu l-affarijiet li għandna for granted. Iżda mhux kulħadd għandu l-kumditajiet li għandna aħna. Bħala familja, kif tistgħu tgħinu lil min hu fil-bżonn?
Talba:
Għażiż Ġesù, illum irrid nitlob għal dawk it-tfal li ma tantx għandhom affarijiet, li huma foqra. Nitlob biex isibu qlub ġenerużi.
Azzjoni:
Matul il-ġurnata għamel xi sagrifiċċji u offrihom għal dawk it-tfal li mhux se jkunu jistgħu jgawdu l-Milied, bl-istess ferħ tiegħek.
Diska:
Inkantaw: Child of the poor