Hello Tfal!
Minjaf kemm-il darba mortu piknik u ħadtu r-rota magħkom, jew ħriġtu xi dawra bir-rota ma’ ħutkom jew sħabkom, jew anke forsi għamiltu xi tellieqa!
Intom u ssuqu r-rota ġieli nnuttajtu li l-imgħażel (spokes) ta’ kull rota jduru flimkien? X’inhu dak li jgħaqqad dawn l-imgħażel flimkien? Huwa ċirku ċkejken li nsejħulu “fus”. Il-fus jgħin biex ir-roti jimxu flimkien u hekk iċ-ċiklist imexxi r-rota ‘l quddiem u bil-pass il-pass jasal fejn jixtieq. Kull sena, madwar id-dinja kollha, bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar l-Insara kollha jingħaqdu flimkien bħall-aħwa, biex jitolbu għall-għaqda bejniethom. Ġesù huwa dak li jgħaqqadna flimkien bħalma l-fus tar-rota jgħaqqad l-imgħażel flimkien.
Il-Prayer Space tal-lum jisimha: Nimxu ‘l quddiem
Għal din il-Prayer Space, għandkom bżonn:
Ħares ftit lejn ir-rota ddur, jew suq ftit ir-rota filwaqt li taħseb ftit:
Fuq il-karta plain pinġi rota (ċirku daqsxejn kbir, ċirku ieħor żgħir f’nofsu u linji jagħqdu ż-żewġt iċrieki)
Fuq il-fus ikteb il-kelma Ġesù u bejn l-imgħażel ikteb sitwazzjonijiet li għaddejt minnhom fejn għent biex ikun hemm iktar imħabba.
Erġa’ suq ftit ir-rota filwaqt li tirringrazzja ‘l Alla li kien preżenti miegħek f’dawn is-sitwazzjonijiet u biex ikompli jgħinek timxi ‘l quddiem.