San Ċirillu u San Metodju

14 ta' Frar

San Ċirillu u San Metodju kienu aħwa. Huwa twieldu fis-Seklu 9.  Ġew mgħammda bħala Kostantin u Mikiel u dawn kienu bidlu isimhom meta aktar tard bdew jgħixu l-ħajja monastika.

Ommhom kienet mill-Bulgarija u missierhom kien Grieg.  Mikiel (San Metodju) kien uffiċjal mal-gvern. Mar jgħix f’monasteru Grieg, fejn sar Abbati (dak li jmexxi il-komunità fil-monasteru).  Kostantin (San Cirillu) sar Filosofu (persuna li jistudja idejat rigward l-għerf, il-verità, dwar in-natura u t-tifsir tal-ħajja). Ċirillu u Metodju ntalbu jmorru missjunarji fl-Ukrajina.  Il-Prinċep Ratislav ta’ Moravja (parti mir-Repubblika Ċeka) għamel talba lill-Emperatur Biżantin biex jintbgħatu missjunarji f’pajjiżu.  Għalhekk minflok marru l-Ukrajina; Ċirillu u Metodju ntbgħatu Moravja.

Meta waslu, Ċirillu beda jittraduċi l-Liturġija għall-lingwa Slovakka.   Ħoloq alfabet, li bosta pajjiżi Slavi għadhom jużaw sal-lum.  L-awtorità tal-Knisja Ġermaniża fil-Moravja opponiet għal dan, għax kien ifisser li jitilfu s-setgħa u l-kontroll tagħhom fuq il-komunità Moravjana.

Kostantinu u Metodju sfaw ikkritikati bl-aħrax. Huma kienu qed jippreparaw kandidati għas-saċerdozju.   Peress li ma kienux isqfijiet, ma setgħux jordnaw lill-kandidati li kienu ħejjew għas-saċerdożju; għalhekk kellhom jivvjaġġaw lejn Ruma biex dawk il-kandidati jiġu ordnati saċerdoti hemm.

L-aħwa sabu li l-kritika Ġermaniża kienet digà waslet qabilhom. Madankollu, il-Papa fehem l-importanza tal-użu tal-lingwa Slava fiċ-celebrazzjonijiet tal-Knisja u fil-liturġija fil-pajjiżi tal-Lvant u approvah. 

San Ċirillu qatt ma rega’ lura l-Moravja. Hu marad serjament. Miet fl-14 ta’ Frar 869.

Il-Papa ta permess lil San Metodju biex ikompli jiċċelbra l-Quddies u jamministra l-Magħmudija bil-lingwa Slava. Ma setax jirritorna l-Moravja minħabba t-taqlib politiku kbir li kien hemm fil-pajjiż.  Maż-żmien San Metodju kien ikkonsagrat Isqof u ngħata awtorità fuq il-Kroazja, is-Slovenja u l-Moravja. Il-kritika mill-Isqfijiet Ġermaniżi qatt ma waqfet; anzi kompliet tikber u saret persekuzzjoni tant li spiċċa l-ħabs f’monasteru.   Minkejja li l-kritika madwaru qatt ma waqfet, Metodju qatt ma qata’ qalbu. Huwa maħsub li ttraduċa l-biċċa l-kbira tal-Bibbja u l-kitbiet tal-Missirijiet tal-Knisja għal-lingwa Slava. Miet fis-6 ta’ April tas-sena 884. San Ċirillu u San Metodju huma l-Appostli tas-Slavi u Patruni tal-Ewropa

Mill-Konċilju Vatikan it-Tieni, il-Liturġija setgħet tiġi ċċelebrata bl-ilsien tal-pajjiż.  Qabel, il-Liturġija kienet tkun iċċelebrata bil-Latin.

Bħala ġenituri, forsi ma niftakrux il-bidla li seħħet fil-Liturġija dak iż-żmien.  

  • Ħeġġeġ lit-tfal biex jistaqsu lin-nanniet jew membri oħra tal-familja x’fissret għalihom din il-bidla. X’kien li nbidel?

Il-Papa Franġisku qal li l-użu tal-lingwa tal-Kongregazzjoni tippermetti lill-fidili jifhmu u jitħeġġu mill-Kelma ta’ Alla filwaqt li japplikawha f’ħajjithom.

  • Ħeġġeġ lit-tfal biex iwieġbu waqt il-Quddiesa u jkantaw l-innijiet.

Bħala ġenituri huwa important ħafna li noqgħodu attenti għal-lingwaġġ li nużaw meta nikkritikaw lil uliedna. Ejjew nagħmlu sforz biex nużaw kliem li jinkoraġġixxi. 

Ħin ta’ talb għall- Familja

Iddedika ħin ta’ talb għat-tfal biex jesprimu l-fidi tagħhom bi kliem spontanju.

Ibdew bil-kliem tal-Kredu ‘Jiena Nemmen f’Alla Wieħed’ u wara komplu b’dikjarazzjonijiet adattati mill-Kredu, waqt li t-tfal iwieġbu ‘Jiena nemmen’.

Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.