Biex niltaqgħu ma San Polikarpu, irridu inmorru lura għas-sena 68 wara Kristu. Dan iż-żmien jissejjah bħala iż-żmien Appostoliku tal-Knisja, iż-żmien wara l-mewt u l-qawmien ta’ Ġesu’, iż-żmien meta l-Appostli bdew il-vjaġġi tagħhom f’pajjiżi oħra biex ixxandru l-Aħbar it-Tajba.
Kien f’dan iż-żmien li San Polikarpu twieled ġo familja Nisranija li kienu aċċettaw il-Fidi Nisranija mit-tagħlim tal-Appostli innifishom.
Fil-Magħmudija ingħata l-isem ta’ Panagratios, mhux Polikarpu. L-isem Polikarpu ingħatalu iktar tard.
Panagratios traba u kiber ferventi u fidil lejn il-Fidi Kattolika. Huwa sar Saċerdot kif ukoll assistent personali tal-Isqof ta’ Żmirna, li kienet Belt fil-Greċja, illum din il-Belt tissejjah Iżmir u tagħmel parti mit-Turkija.
Darba fi Żmirna u l-inħawi tal-madwar kien hemm nixfa kbira, tant li il-populazzjoni kienet waslet biex tmut minħabba in-nuqqas ta’ ilma. Pangratios, flimkien ma l-Isqof ingħaqdu mal-Knisja ta’ Żmrina għal tlett ijiem ta’ sawm u talb, biex tagħmel ix-xita.
Meta għamlet ix-xita u reġa beda jikber il-frott u l-ħxejjex, il-poplu emmen li Alla wieġeb għat-talb u l-penitenza ta’ Panagratios. Minn dak iż-żmien bed jissejjah Polikarpu li jfisser ‘ħafna frott’.
F’l-eta ta’ 40 sena, Polikarpu ġie maħtur l-Isqof ta’ Żmirna. Sar magħruf għat-tjubija u l-ġenerożita tiegħu, kien jevita il-konflitti u jfittex toroq ta’ paċi biex jiġu solvuti konflitti. Huwa għadda l-biċċa l-kbira ta’ ħajtu jiddefendi l-Fidi. Il-qawwa tal-Fidi tiegħu ġiet mill-fatt li kien dixxiplu ta’ San Ġwann Appostlu. It-tagħlim tiegħu jinsab f’ittra li kiteb lill-Fillipin (kommunita’ fil-Belt ta’ Filippi ġo l-Maċedonja). F’din l-ittra ħeġġiġhom biex iżommu sħaħ fil-Fidi Nisranija tagħhom.
Sa Sena 155 wara Kristu, il-persekuzzjoni tal-Insara kienet waslet Żmirna ukoll. Polikarpu ġie akkużat li kien qiegħed ixxerred il-Fidi Nisranija, inqabad u ġie arrestat. Polikarpu ġie meħud ġo anfiteatru. Anfiteatru huwa teatru fil-miftuħ fejn kien issir divertiment u attivitajiet sportivi. Polikarpu ġie imqiegħed fuq munzel injam li tawh in-nar biex Polikarpu jinħaraq fin-nirien għax ma riedx jiċħad il-Fidi tiegħu f’Alla. B’mod mirakoluż in-nirien ma għamilu l-ebda ħsara. Huwa ingħata l-martirju permezz tax-xabla. Miet f’l-eta ta’ 86 sena.
Avolja Polikarpu kien qiegħed jifaċċja l-martirju, kompla jistqarr li kien Nisrani, Segwaċi ta’ Ġesu’.