Hello tfal,
Matul Frar, ħafna studenti, għalliema u familji jħarsu ‘l quddiem lejn il-vaganzi ta’ nofs it-term u lejn il-Karnival. Il-Karnival huwa żmien biex tistrieħ mill-istress tal-istudji, l-eżamijiet u x-xogħol. Dan hu żmien li fih tista’ tieħu pjaċir mal-familja u l-ħbieb tiegħek, tgawdi l-l-kuluri u l-kreattivita’ tal-karnival, tilbes xi maskra jew il-kostum favorit tiegħek u tkun kreattiv permezz tal-arti, il-krafts jew iż-żfin. Il-mistrieħ hu importanti għas-saħħa. Tajjeb li jkollna l-ħin nieqfu mir-rutina ta’ kuljum ħalli wara nkunu nistgħu nirriflettu fuq l-affarijiet essenzjali fil-ħajja bħat-talb, il-bini ta’ relazzjonijiet tajbin mal-oħrajn, il-karità u l-kontroll fuqna nfusna.
Din ir-rokna ta’ talb jisimha Talba tal-Karnival
Ikollok bżonn:
Istruzzjonijiet:
Saħħa tfal. Ħudu ħsieb.