Ġie li tlajtu fuq xi dgħajsa? Tiftakru l-movimenti tagħha hija u għaddejja fil-baħar? Titla’ u tinżel filwaqt li l-kaptan jimxi mal-boxxla biex isib il-post li jrid imur fih. U jkun hemm drabi li jsib id-destinazzjoni malajr u drabi oħra jiltaqa’ ma’ diffikultajiet sa ma jsibha. Din hija stampa tal-ħajja tagħna. Xi drabi jkun jeħtieġ li nagħmlu ftit ħin fil-kwiet u anke sagrifiċċji biex inkunu kuntenti bil-ħajja tagħna. Għalhekk il-Prayer Space tal-lum jisimha:
Id-Dgħajsa tal-Ħtieġa
Għaliha għandna bżonn:
Imla l-friskatur bl-ilma. Filwaqt li qed tferra l-ilma aħseb f’dik il-ħaġa li tixtieq tbiddel fik, specjalment fil-karattru tiegħek biex permezz ta’ dan l-isforz li se tagħmel, inti tħossok aħjar u tkun tista’ tgħin lill-oħrajn. Ifforma d-dgħajsa bil-karta filwaqt li tibqa’ taħseb. Fuq id-dgħajsa ikteb dak li tixtieq li jinbidel fik biex tgħix aħjar. Poġġi d-dgħajsa fl-ilma u itlob lil Alla biex jgħinnek tkompli tinbidel fih.
Origami Boat Instructions.