Id-Dgħajsa tal-Ħtieġa

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba ta' għall-ħajja aħjar

Ġie li tlajtu fuq xi dgħajsa? Tiftakru l-movimenti tagħha hija u għaddejja fil-baħar? Titla’ u tinżel filwaqt li l-kaptan jimxi mal-boxxla biex isib il-post li jrid imur fih. U jkun hemm drabi li jsib id-destinazzjoni malajr u drabi oħra jiltaqa’ ma’ diffikultajiet sa ma jsibha. Din hija stampa tal-ħajja tagħna. Xi drabi jkun jeħtieġ li nagħmlu ftit ħin fil-kwiet u anke sagrifiċċji biex inkunu kuntenti bil-ħajja tagħna. Għalhekk il-Prayer Space tal-lum jisimha:

Id-Dgħajsa tal-Ħtieġa

Għaliha għandna bżonn:

  • karta plain kulur li tkun biex biha niffurmaw dgħajsa.
  • pinna jew lapes
  • kuluri
  • friskatur 
  • ilma (jew jekk trid mur ftit ħdejn il-baħar)

 Imla l-friskatur bl-ilma. Filwaqt li qed tferra l-ilma aħseb f’dik il-ħaġa li tixtieq tbiddel fik, specjalment fil-karattru tiegħek biex permezz ta’ dan l-isforz li se tagħmel, inti tħossok aħjar u tkun tista’ tgħin lill-oħrajn. Ifforma d-dgħajsa bil-karta filwaqt li tibqa’ taħseb. Fuq id-dgħajsa ikteb dak li tixtieq li jinbidel fik biex tgħix aħjar. Poġġi d-dgħajsa fl-ilma u itlob lil Alla biex jgħinnek tkompli tinbidel fih.

Origami Boat Instructions.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.