San Mark l-Evanġelista

25 ta' April

L-istorja ta’ San Mark l-Evanġelista tibda f’Ċirene, raħal antik Grieg li kien waqa f’idejn ir-Rumani, illum dan il-post jagħmel parti mill-Libja.

Missieru, Aristobulus, kien Grieg, filwaqt li ommu, Miriam, kienet Lhudija.  Il-Familja ta’ San Mark kienet sinjura u missieru kien involut fil-politika.  Minħabba li il-poplu qam kontra il-ħakma Rumana, il-ġenituri ta’ San Mark telqu minn Ċirene u marru jgħix f’pajjiż ommu, Kana ġewwa Iżrael, il-quddiem marru jgħix Gerusalem.  Huwa maħsub li din id-dar kienet il-post fejn Ġesu’ kellu l-Aħħar Ċena u fejn l-Appostli kienu jgħixu flimkien wara il-Qawmien ta’ Ġesu’.

L-Evanġelju skont San Mark, huwa l-unika wieħed li jsemmi iż-żagħżugħ li kien preżenti f’Getsemani u li ħarab is-suldati, huwa maħsub li dan iż-żagħżugħ kien San Mark innifsu.  Wara l-Qawmien u tlugħ fis-sema ta’ Ġesu; huwa akkumpanja lill San Barnaba f’l-ewwel vjaġġ missjunarju flimkien ma’ San Pawl.  Waqt dan il-vjaġġ San Mark telaq u irritorna lura f’dar.  Fit-tieni vjaġġ missjunarju, San Mark u San Barnaba ma akkompanjawx lil San Pawl, imma marru jevanġelizaw għar-rashom.  Madankollu, aktar tard, San Pawl fl-ittra tiegħu lil Timotju, faħħar ħafna lil San Mark u talbu biex meta jiġi Ruma iġġib lil San Mark miegħu.

 San Mark kellu ħbiberija intima ma’ San Pietru, tant hu hekk li  f’waħda mill-ittri tiegħu jirreferri għal San Mark bħala ‘ibnu’.  Huwa maħsub li San Pietru kien iżomm lil San Mark bħala l-interpretu tiegħu.  Wara l-martirju ta’ San Pietru, San Mark mar jevanġelizza f’ l-Afrika t’isfel, għalkemm ma kienx wieħed mit-tnax l-Appostli, huwa kien parti mit-twaqqif ta’ waħda mill-eqdem kommunitajiet Nsara. Fil-fatt huwa waqqaf il-Knisja f’Lixandra ġewwa l-Eġittu, fejn huwa inħatar bħala Isqof.

It-tieni Evanġelju fil-Bibbja huwa attribwit lil San Mark, huwa maħsub li dan l-Evanġelju kien l-ewwel wieħed li inkiteb u il-kontenut tiegħu huwa possibilment ibażżat fuq il-priedki ta’ San Pietru.  Dan l-Evanġelju kien miktub għall-Insara li ma kienux ġejjin mir-razza Lhudija, u kien iħabbar lil Ġesu’ bħala l-Messija , Bin Alla.

Għal bosta snin, San Mark ippriedka l-Aħbar it-Tajba u wettaq il-mirakli u ħafna persuni ikonvertew għal Fidi Nisranija.  Il-Konverżjoni ta’ tant nies, kebbes ir-rabja fil-qlub tal-pagani, tant li qabdu lil San Mark u kaxkruh fit-triq sa ma miet.

Is-simbolu tal-Evanġelju ta’ San Mark huwa iljun bil ġwienaħ, minħabba l-fatt li jibda b’l-istorja ta’ San Ġwann il-Battista bħala ‘leħen jgħajjat fid-deżert’, li ġie imqabbel ma iljun jgħajjat.

Introduċi lit-tfal ma xi versi tal-Evanġelju ta’ San Mark.

  • Agħtihom il-Bibbja f’idejhom u ħeġġiġhom biex issibu l-Evanġelju ta’ San Mark.
  • It-tfal iħobbu jisimgħu l-istejjer tal-Mirakli ta’ Ġesu!
  • Tista taqralhom xi stejjer ta’ mirakli jew stejjer oħra mill-Evanġelju ta’ San Mark.  Nissuġġerixxu: ‘Il-Paralitiku (Mk. 2: 1-12);  Ġesu’ jikkalma it-tempesta (Mk. 35-41); It-Tifla ta’ Ġajru (Mk. 5: 21-42); L-Imbikkem (Mk. 7: 31-37); L-Għami f’Betsajda (Mk. 8: 22-25).  Ħeġġeġ it-tfal biex ipinġu xi xena ta’ xi Miraklu minn ta’ Ġesu’ u jiktbu il-kliem ta’ Ġesu’ taħt it-tpinġija.

San Mark kien ġej minn familja għanja u xorta waħda telaq kollox u mar jipriedka il-messaġġ ta’ Kristu Rxoxt.  Fl-Evanġelju ta’ San Mark insibu l-istorja ta’ żagħżugħ għani li ma kien lest jitlaq xejn biex jimxi wara Ġesu’.

F’dan iż-żmien tal-ħajja ta’ tfal, ma jistgħux jagħtu kull m’għandhom….Imma, huma lesti biex jaqsmu minn dak li għandhom ma l-oħrajn?  Tkellem magħhom dwar x’nistgħu naqsmu ma ħaddieħor, u dwar x’inhu dak li isibuha diffiċli biex jaqsmu ma ħaddieħor.

Ħin tat-Talb mal-Familja

Araw: Jesus with the Children’ ( Mk. 10, 13-16) 

Tkellem mat-tfal dwar x’kienu jgħidu lil Ġesu’ jekk kienu preżenti fil-laqgħa ta’ Ġesu’ mat-tfal? 
X’kien jgħidilhom Ġesu’? 


Wara komplu b’mument ta’ talb fil-kwiet. 

Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.