L-istorja ta’ San Mark l-Evanġelista tibda f’Ċirene, raħal antik Grieg li kien waqa f’idejn ir-Rumani, illum dan il-post jagħmel parti mill-Libja.
Missieru, Aristobulus, kien Grieg, filwaqt li ommu, Miriam, kienet Lhudija. Il-Familja ta’ San Mark kienet sinjura u missieru kien involut fil-politika. Minħabba li il-poplu qam kontra il-ħakma Rumana, il-ġenituri ta’ San Mark telqu minn Ċirene u marru jgħix f’pajjiż ommu, Kana ġewwa Iżrael, il-quddiem marru jgħix Gerusalem. Huwa maħsub li din id-dar kienet il-post fejn Ġesu’ kellu l-Aħħar Ċena u fejn l-Appostli kienu jgħixu flimkien wara il-Qawmien ta’ Ġesu’.
L-Evanġelju skont San Mark, huwa l-unika wieħed li jsemmi iż-żagħżugħ li kien preżenti f’Getsemani u li ħarab is-suldati, huwa maħsub li dan iż-żagħżugħ kien San Mark innifsu. Wara l-Qawmien u tlugħ fis-sema ta’ Ġesu; huwa akkumpanja lill San Barnaba f’l-ewwel vjaġġ missjunarju flimkien ma’ San Pawl. Waqt dan il-vjaġġ San Mark telaq u irritorna lura f’dar. Fit-tieni vjaġġ missjunarju, San Mark u San Barnaba ma akkompanjawx lil San Pawl, imma marru jevanġelizaw għar-rashom. Madankollu, aktar tard, San Pawl fl-ittra tiegħu lil Timotju, faħħar ħafna lil San Mark u talbu biex meta jiġi Ruma iġġib lil San Mark miegħu.
San Mark kellu ħbiberija intima ma’ San Pietru, tant hu hekk li f’waħda mill-ittri tiegħu jirreferri għal San Mark bħala ‘ibnu’. Huwa maħsub li San Pietru kien iżomm lil San Mark bħala l-interpretu tiegħu. Wara l-martirju ta’ San Pietru, San Mark mar jevanġelizza f’ l-Afrika t’isfel, għalkemm ma kienx wieħed mit-tnax l-Appostli, huwa kien parti mit-twaqqif ta’ waħda mill-eqdem kommunitajiet Nsara. Fil-fatt huwa waqqaf il-Knisja f’Lixandra ġewwa l-Eġittu, fejn huwa inħatar bħala Isqof.
It-tieni Evanġelju fil-Bibbja huwa attribwit lil San Mark, huwa maħsub li dan l-Evanġelju kien l-ewwel wieħed li inkiteb u il-kontenut tiegħu huwa possibilment ibażżat fuq il-priedki ta’ San Pietru. Dan l-Evanġelju kien miktub għall-Insara li ma kienux ġejjin mir-razza Lhudija, u kien iħabbar lil Ġesu’ bħala l-Messija , Bin Alla.
Għal bosta snin, San Mark ippriedka l-Aħbar it-Tajba u wettaq il-mirakli u ħafna persuni ikonvertew għal Fidi Nisranija. Il-Konverżjoni ta’ tant nies, kebbes ir-rabja fil-qlub tal-pagani, tant li qabdu lil San Mark u kaxkruh fit-triq sa ma miet.
Is-simbolu tal-Evanġelju ta’ San Mark huwa iljun bil ġwienaħ, minħabba l-fatt li jibda b’l-istorja ta’ San Ġwann il-Battista bħala ‘leħen jgħajjat fid-deżert’, li ġie imqabbel ma iljun jgħajjat.