Ġie li kontu qed taraw xi film u kien hemm xi xena ta’ xi post qed jaqbad bin-nar, jew jista’ jkun li rajtu xi xena simili fir-realtà? Innutajtu kemm in-nar jinfirex malajr? Imbagħad jiġu l-ħaddiema tat-tifi tan-nar bil-vettura u jibqgħu jitħabtu sakemm in-nar jintefa’ għal kollox. Xi drabi fil-ħajja ngħaddu minn ċirkustanzi fejn inħossuna ftit imħawwdin u irrabjati. Importanti li nsibu l-għajnuna biex nikkalmaw in-nar li jkun qed jaqbad ġewwa fina, jiġifieri r-rabja.