Platt Vojt

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-ġustizzja

Immaġina li għandek platt mimli bl-ikel favorit tiegħek. Meta nieklu xi ikla tajba u bnina żgur li nħossuna kuntenti u dan l-ikel jagħmilna b’saħħitna u ferħanin. Madankollu, hawn nies li tant huma foqra li m’għandhomx biżżejjed ikel biex jieklu huma u l-familja tagħhom. Ejjew naħsbu f’dawn in-nies li llum se jieklu vera ftit jew kważi xejn minħabba l-inġustizzji li hawn fid-dinja. 

Dan l-ispazju ta’ talb jismu Platt Vojt.

Ikollok bżonn: 

  • Printout tal-qafas tal-pożati (platt, furketta, mgħarfa, sikkina) jew platt tal-kartun
  • Kuluri jew materjal ieħor tat-tpinġija
  • Stampi ta’ ikel favorit tiegħek
  • Imqass
  • Glue stick
  • Biro jew lapes

Istruzzjonijiet:

  1. Aħseb fl-ikel favorit tiegħek u fl-ikel li se tiekol illum.
  2. Pinġi jew waħħal stampi tal-ikel favorit tiegħek fuq il-platt.
  3. Issa immaġina li int waħda minn dawk it-tfal li mhux se jkollhom ikel illum. Kif tħossok?
  4. Kun grat tal-ikel li għandek u itlob għall-ġustizzja fid-dinja.
  5. Oqgħod komda, agħlaq għajnejk u itlob biex Alla jmiss il-qlub tal-mexxejja tad-dinja u tan-nies sinjuri biex iqassmu aħjar ir-riżorsi naturali fid-dinja. 
  6. Itlob biex il-foqra ikollhom platti mimlijin bl-ikel ħalli qatt ma jerġgħu jbatu l-ġuħ.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.