Grazzi tax-Xemx

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għaż-żmien is-sajf

F’Awwissu ħafna tfal iħobbu jistrieħu u jieħdu gost imma importanti wkoll li nipproteġu lilna nfusna mir-raġġi qawwijin tax-xemx  billi nilbsu kappell jew beritta, nuċċali tax-xemx, nużaw dlik protettiv, nevitaw li nkunu barra fl-eqqel tas-sħana u nixorbu ħafna ilma.

  • Iġbor 2 oġġetti li jfakkruk fis-sajf bħal beritta, nuċċali u dlik tax-xemx eċċ.
  • Imtedd fuq xugaman tal-baħar. Irrilassa billi tieħu nifsijiet ‘il ġewwa u ‘l barra. Isma’ l-mużika bil-ħsejjes tal-baħar. 
  • Immaġina l-post favorit tiegħek fis-sajf bħal li tkun ħdejn il-baħar jew pixxina.
  • Irringrazzja lil Alla għal dawk l-affarijiet li jtuk gost f’dan l-istaġun.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.