Il-ħbieb kultant ma jaqblux u jargumentaw u dan hu normali. Imma meta l-ħbieb jweġġgħu lil xulxin bil-kliem jew b’xi azzjoni, il-ħbiberija tista’ titfarrak jekk ma jitolbux maħfra ’l xulxin u jippruvaw jirranġaw u jsaħħu l-ħbiberija ta’ bejniethom.
Din ir-rokna ta’ talb jisimha Ħbiberiji Mfarrkin.
Ikollok bżonn:
- Karta vojta
- Pinna jew marker
- Drawing pins
- Notice bord jew salib tal-injam
- Aħseb f’xi persuni li taf li ma baqgħux ħbieb (tista’ tkun int jew xi persuni li taf).
- Ikteb l-inizjali tal-persuni jew pinġiehom fuq karta.
- Aqbad drawing pin u waħħal il-karta man-notice board (jew mas-salib tal-injam).
- Ikteb riflessjoni jew talba biex jaħfru ’l xulxin u jerġgħu jsiru ħbieb.