Ħbiberiji mfarrkin

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-ħbiberiji mfarrkin

Il-ħbieb kultant ma jaqblux u jargumentaw u dan hu normali. Imma meta l-ħbieb jweġġgħu lil xulxin bil-kliem jew b’xi azzjoni, il-ħbiberija tista’ titfarrak jekk ma jitolbux maħfra ’l xulxin u jippruvaw jirranġaw u jsaħħu l-ħbiberija ta’ bejniethom.

Din ir-rokna ta’ talb jisimha Ħbiberiji Mfarrkin.

Ikollok bżonn:

  • Karta vojta
  • Pinna jew marker
  • Drawing pins
  • Notice bord jew salib tal-injam
  • Aħseb f’xi persuni li taf li ma baqgħux ħbieb (tista’ tkun int jew xi persuni li taf). 
  • Ikteb l-inizjali tal-persuni jew pinġiehom fuq karta.
  • Aqbad drawing pin u waħħal il-karta man-notice board (jew mas-salib tal-injam). 
  • Ikteb riflessjoni jew talba biex jaħfru ’l xulxin u jerġgħu jsiru ħbieb.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.