San Ġwann tas-Salib

14 ta' Diċembru

Minn hu Mistiku?  Mistiku huwa persuna li l-akbar xewqa tiegħu jew tagħha hi għaqda profonda ma’ Alla, persuna li l-għan aħħari tagħha hi li tikseb din l-għaqda.

San Ġwann tas-Salib miżmum bħala mistiku u duttur tal-Knisja, mhux biss minħabba il-ħajja qaddisa tieghu, iżda wkoll minħabba it-tagħlim u l-kitbiet tiegħu li ibbenefikaw ħafna il-Fidi Kattolika.  Barra minn hekk għadu magħruf bħala poeta Spanjol ta’ ħsieb spritwali profond.  

Ġwann twieled fis-sena 1542 ġo Fontiveros, Avila ġewwa Spanja.  Huwa trabba fil-faqar, minħabba li missieru, li kien ġej minn familja sinjura, ġie miċhud mill-familja tiegħu għax iżżewweġ lill Catalina, mara fqira ta’ klassi baxxa.

Meta Ġwann kellu tlett snin, missieru miet u sentejn wara miet ħuħ il-kbir.  Ommu kienet bdiet taħdem bħala nissieġa, iżda xorta baqgħet titħabat biex titma u tlibes l-familja tagħha.

Eventwalment Ġwann intbagħat ġo skola residenzjali għat-tfal iltiema u aktar tard attenda skola tal-Ġiżwiti; kien jaħdem ukoll ġo sptar.  Ġwann beda jħoss is-sejħa għal ħajja reliġjuża u fl-eta ta 21 sena huwa daħal fl-Ordni Karmelitan, fejn ingħata l-isem ta’ Ġwann ta’ San Mattija.  

Wara li għamel il-voti li jgħix il-ħajja reliġjuża, Ġwanni intbgħat l-Universita’ ta’ Salamanca, biex jistudja it-Teoloġija u l-Filosofija.  Huwa ġie ordnat Saċerdot fl-eta ta’ 25 sena.  F’dak iż-żmien beda jikkonsidra jidħol fl-Ordni Kartużjan, ordni reliġjuż li l-patrijiet tiegħu jgħixu f’kmamar individwali u jgħixu ħajja kwieta ta’ meditazzjoni.  F’dan l-istess żmien Ġwann iltaqgħa ma Tereża ta’ Avila, soru Karmelitana, li kienet qegħda terġa daħal ħajja aktar stretta fl-Ordni Karmelitan, ibbażata fuq ħajja sempliċi ta’ talb u faqar.  Dawk li ingħaqdu ma’ Tereża kienu magħrufin bħala ‘Karmelitani Skalzi’ minħabba l-fatt li kienu jimxu ħafjin.

Ġwann, flimkien ma xi Patrijiet Karmelitani oħra, marru jgħixu Avila, qrib Tereża li kienet qegħda titħabat biex terġa tqajjem ir-regola antika u stretta ta’ l-Ordni Karmelitan, li kienu ġew adattati biex il-ħajja tar-reliġjużi tkun iktar faċli.  Tereża waqfet monasteru għal-Patrijiet Karmelitani Skalzi, li għażlu jgħixu ir-regola aktar stretta.  Minn dak iż-żmien Ġwanni għażel l-isem ta’ Ġwann tas-Salib.

Beda jinqala l-inkwiet bejn il-Karmelitani Skalzi u l-Karmelitani.  Fis-sena 1577, Ġwann ġie maħtuf u mehud il-Monasteru ta’ Toledo, fejn  wara proċess ġudizzjarju, ġie ikkastigat b’piena ta’ ħabs.  Għal disa xhur sħaħ, Ġwann inżamm ġo ċella żgħira fil-monasteru, fejn kien jingħata biss ħobż u ilma u xi ħut mielaħ.  Ġwann irnexxielu jaħrab u jerġa jingħaqad mal-Karmelitani Skalzi wara li kien għamel sitt gimgħat l-isptar.

Huwa baqa il-persuna ċentrali fi ħdan l-Ordni Karmelitan Skalz, wara li l-Papa Girgor XIII fis-sena 1580, awtoriża formalment s-separazzjoni tal-Karmelitani Skalzi mill-Karmelitani.   Minn dak iż-żmien il-quddiem, Ġwann tas-Salib beda jivjaġġa madwar Spanja bil-għan li jwaqqaf postijiet ġodda għall-Ordni Karmelitan Skalz.

Ġwann tas-Salib miet fl-14 ta’ Diċembru 1599, minħabba kundizzjoni serja fil-ġilda li spiċċat saret infezzjoni qerrieda.

San Ġwann tas-Salib jibqa imfakkar mhux biss minħabba l-qdusija tiegħu u l-ispirtwalita profonda tiegħu, imma wkoll minħabba il-kitbiet tiegħu b’mod partikulari ‘il-Kantiku Spiritwali’  u ‘Il-Lejl Mudlam tar-Ruħ’, li għadhom meqjusa bħala kapolavuri ta’ poeżija Spanjola u ta’ kitba spiritwali.  Jibqa imfakkar ukoll għat-tpinġija impresjonanti ta’ Ġesu’ Kurċifiss li San Ġwann tas-Salib pinġa wara li kellu viżjoni mistika ta’ Ġesu’ msallab.  Huwa semmieha “Kristu l-fuq”.

Ara : https://christian.art/daily-gospel-reading/matthew-21-23-27-2020/

Please consider donating to help us make more videos. If you donate just $5, the price of your coffee, Christian Kids TV could keep thriving. Use this link t…

Kwotazzjoni magħrufa ta’ San Ġwann tas-Salib hi “Fejn m’hemmx imħabba, qiegħed l-imħabba, u ssib l-imħabba”.

Il-Papa Franġisku enfasizza din il-kwotazzjoni waqt laqgħa ta’ l-Angelus meta qal li l-Avvent huwa żmien meta ‘nespandu moħħna u qalbna biex inkunu miftuħa għall-bżonnijiet ta’ ħutna”.

Matul dawn il-ġranet ta’ l-Avvent, ejjew ngħallmu dawn il-metodi prattiċi u sempliċi lit-tfal tagħna

  • Staqsi lit-tfal: “Jekk kellek tipprepara benniena għal Ġesu’, kif kont tagħmilha?
  • Żgur li jsemmgħu sodda komda, kurta li s-saħan ecc.
  • Bl-għajnuna tiegħek, tgħin it-tfal jifhmu li avolja ma jistgħux jagħmlu dan b’mod fiżiku, Ġesu’ tarbija japprezza ħafna li kieku nuru l-imħabba lill dawk ta’ madwarna.
  • Ħeġġeġ it-tfal biex jagħmlu suġġerimenti ta’ kif jevitaw: kliem li jweġgħa, ma jirrispondux, ma jgergrux, ma jitkellmux f’mumenti ta’ rabja, ma jagħmlux skużi.  Kif ukoll li għandhom jgħidu ‘jekk jogħġbok’ u ‘grazzi’, biex juru li huma grati.

Il-ħajja ta’ San Ġwann tas-Salib turi ir-realta li tlifna fid-dinja materjalistika tal-lum fejn jidher li ma naraw l-ebda differenza bejn ‘dak li għandna bżonn u dak li irridu u mhux bżonnjuż’.


Iż-żmien tal-Milied sar perjodu ta’ infieq!  Waqt li ingawdu iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied mal-familja, ejjew nitkellmu mat-tfal u qabel ma mmorru nixtru niddiskutu x’inhu dak li vera għandna bżonn.

Ħin ta’ talb għall- Familja: Il-Milied għaxar t’ijiem oħra!

  • Oħolqu esperjenza sabiħa ta’ talb billi tixgħelu ix-xemgħa tal-girlanda, jew jekk m’għandkomx girlanda ixgħelu xemgħa u għamlu xi tiżjin tal-Milied madwarha.  Oħolqu atmosfera li tippromovi it-talb permezz ta’ mużika addatata.  Ħeġġu t-tfal biex joqgħodu bilqiegħda fil-kwiet u jgħidu f’qalbhom, “Inħobbok Bambin Ġesu’.’”
  • Aqraw l-Istorja tat-Tħabbira tal-Mulej, fil-Bibbja u indikalhom li minn hawn bdiet l-Istorja tal-Milied.  Tistgħu taraw:

The Annunciation

  • Wara kompli billi titolbu l-Ewwel Misteru tal-Ferħ.
  • Kantaw flimkien waqt li taraw:

The best Christmas song I’ve ever heard

Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.