Helow tfal,
Qatt smajt il-qawl Malti, ‘Kliem ix-xiħ żomm fih?’ Dan il-qawl jgħidilna li nistgħu nsiru aktar għorrief biss jekk aħna nisimgħu minn kliem l-anzjani tagħna. Dawn l-anzjani jistgħu jkunu l-ġirien jew in-nanniet tagħna li jħobbuna u jriduna nagħrfu li Alla huwa magħna u jħobbna l-ħin kollu. Huma jfakkruna li aħna kollha tempji fejn jgħix Alla.
- Ħu envelop, iftħu u waħħal il-faċċata tiegħu fuq waħda mill-karti pprovduti.
- Fuq il-ponta tal-biċċa miftuħa tal-envelop pinġi forma ta’ salib u waqt li twaħħal ir-ritratt tiegħek jew tpinġi lilek innifsek fin-nofs tal-envelop fakkar lilek nnifsek li aħna kollha bħal tempji li fihom jgħix Alla.
- Issa, ħu ftit ħin sabiex taħseb f’anzjani li taf u li bi kliemhom mimli għerf jgħinuk issir taf aktar lil Alla u tinduna li jinsab f’ kulħadd.
- Ikteb l-ismijiet ta’ dawn l-anzjani fuq l-envelop u rringrazzja lil Alla għalihom. Itolbu sabiex jberikhom u jagħtihom dak kollu li jeħtieġu