It-Tempju Tiegħu

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-anzjani tagħna

Helow tfal,

Qatt smajt il-qawl Malti, ‘Kliem ix-xiħ żomm fih?’ Dan il-qawl jgħidilna li nistgħu nsiru aktar għorrief biss jekk aħna nisimgħu minn kliem l-anzjani tagħna.  Dawn l-anzjani jistgħu jkunu l-ġirien jew in-nanniet tagħna li jħobbuna u jriduna nagħrfu li Alla huwa magħna u jħobbna l-ħin kollu.  Huma jfakkruna li aħna kollha tempji fejn jgħix Alla.

  • Ħu envelop, iftħu u waħħal il-faċċata tiegħu fuq waħda mill-karti pprovduti.
  • Fuq il-ponta tal-biċċa miftuħa tal-envelop pinġi forma ta’ salib u waqt li twaħħal ir-ritratt tiegħek jew tpinġi lilek innifsek fin-nofs tal-envelop fakkar lilek nnifsek li aħna kollha bħal tempji li fihom jgħix Alla.
  • Issa, ħu ftit ħin sabiex taħseb f’anzjani li taf u li bi kliemhom mimli għerf jgħinuk issir taf aktar lil Alla u tinduna li jinsab f’ kulħadd.
  • Ikteb l-ismijiet ta’ dawn l-anzjani fuq l-envelop u rringrazzja lil Alla għalihom.  Itolbu sabiex jberikhom u jagħtihom dak kollu li jeħtieġu

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.