It-tmien jum tal-Milied

It-12-il Jum tal-Milied

Fit-tmien jum tal-Milied, il-maħbub vera tiegħi tani…tmien qaddejja jaħilbu (On the eighth day of Christmas my true love gave to me… eight maids a milking)

Dawn it-tmien nisa li qed jaħilbu lill-baqar jirrappreżentaw it-tmien Beatitudnijiet li nsibu fl-Evanġelju ta’ San Mattew (Mattew 5, 3-10). Dawn insejħulhom il-Priedka fuq il-Muntanja. Ġesù tana stil ta’ ħajja u mudell ta’ kif għandna nġibu ruħna mal-oħrajn.

Talba

Għażiż Mulej, illum l-Ewwel tas-Sena, niċċelebraw lil Marija Omm Alla. Ngħidu bil-qalb: Sliem għalik Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek Ġesù. Qaddisa Marija, omm Alla, itlob għalina midinbin, issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen.

Nagħmlu

Araw dan il-video biex titgħallmu aktar dwar il-Beatitudnijiet.

Nagħtu l-kulur