Kontra l-kurrent

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nafda f'Alla

Mhux dejjem faċli nagħmlu t-tajjeb li Alla jixtieqna nagħmlu.  Xi drabi biex nagħmlu t-tajjeb jkollna morru kontra dak li jidher eħfef u isbaħ. Alla jibqa’ dejjem magħna ankè meta nkunu qisna bħal dgħajsa tiġġieled kontra l-kurrent u kontra mwieġ kbar fit-triq tagħha lejn l-art.

  • Ħu ftit ħin biex taħseb dwar dak li qed jtellfek milli tagħmel it-tajjeb.  Il-mewġ ta’ kontrik jistgħu jkunu ideat żbaljati li waslu għandek mill-midja soċjali, jista’ jkun l-għażż jew eżempji ħżiena.
  • Agħżel tlett strixxi tal-kartonċin blu minn dawn provduti u fuq kull waħda ikteb dak li jżommok mill-timxi fis-sewwa bħall-mewġ ta’ kontrik. Issa gerbeb dawn l-istrixxi tal- kartonċin u  weħħilhom fuq il-qafas tad-dgħajsa provdut.
  • Issa tista’ titlob lil Alla jgħinek tibqa’ sod kontra  l-kurrent waqt li tkun qed tagħmel dak li jixtieq minnek.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.