Kun id-dawl

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-kuraġġ

Xi kultant fil-ħajja tagħna ngħaddu minn żminijiet iebsa u l-affarijiet inħossuhom diffiċli. Ta’ spiss infittxu s-support min-nies ta’ madwarna biex idawlulna dawk il-ġranet koroh billi jinkorraġġuna u jgħinuna. Imma xi drabi aħna stess irridu nkunu dawl għal ħaddieħor. Ġieli sibt għajnuna mingħand xi persuna oħra meta kont għaddej/għaddejja minn xi żmien diffiċli? 

  • Ħu scratch paper. Aħseb f’xi ħadd li lilek tak sapport f’ħajtek u ikteb nota  ta’ gratitudni jew pinġi xi ħaġa li turi l-apprezzament tiegħek. 
  • Irringrazzja ‘l Alla u itlob għal din il-persuna.  
  • Agħti l-istampa li għadek kemm għamilt lil din il-persuna li tatek sapport.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.