Xi kultant fil-ħajja tagħna ngħaddu minn żminijiet iebsa u l-affarijiet inħossuhom diffiċli. Ta’ spiss infittxu s-support min-nies ta’ madwarna biex idawlulna dawk il-ġranet koroh billi jinkorraġġuna u jgħinuna. Imma xi drabi aħna stess irridu nkunu dawl għal ħaddieħor. Ġieli sibt għajnuna mingħand xi persuna oħra meta kont għaddej/għaddejja minn xi żmien diffiċli?