Hello tfal,
Kultant meta nkunu nkwetati nitfixklu u nistgħu anki ma ngawdux l-affarijiet is-sbieħ tal-ħajja. L-inkwiet jista’ wkoll iġiegħlek tħossok ma tiflaħx u waħdek. Għalhekk tajjeb tiftaħ qalbek ma’ xi persuna li tkun tista’ tgħinek. Tista’ wkoll titkellem ma’ Alla li dejjem se jifhmek, jieħu ħsiebek , joħodlok l-inkwiet tiegħek u jtik il-paċi.
Din ir-rokna ta’ talb jisimha Basket Inkwiet.
Ikollok bżonn:
- Basket jew barżakka (rucksack)
- Oġġetti tqal bħal kotba jew ġebel li jirrappreżenta l-inkwiet tiegħek (ittaqqalx iżżejjed)
- Poġġi l-oġġetti tqal li jirrappreżentaw l-inkwiet tiegħek fil-basket jew barżakka.
- Erfa’ l-basket jew poġġi l-barżakka fuq dahrek.
- Waqt li tagħmel hekk, aħseb fuq dak l-inkwiet li qed itaqqlek.
- Poġġi l-basket mal-art u immaġina li se titlaq dan l-inkwiet.
- X’taħseb li jista’ jgħinek tistrieħ mill-inkwiet tiegħek?
- Jekk tixtieq, tkellem ma’ Alla fuq dak kollu li jinkwetak u itolbu jgħinek.