Basket inkwiet

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex ngħeleb l-inkwiet

Hello tfal,

Kultant meta nkunu nkwetati nitfixklu u nistgħu anki ma ngawdux l-affarijiet is-sbieħ tal-ħajja. L-inkwiet jista’ wkoll iġiegħlek tħossok ma tiflaħx u waħdek. Għalhekk tajjeb tiftaħ qalbek ma’ xi persuna li tkun tista’ tgħinek. Tista’ wkoll titkellem ma’ Alla li dejjem se jifhmek, jieħu ħsiebek , joħodlok l-inkwiet tiegħek u jtik il-paċi.

Din ir-rokna ta’ talb jisimha Basket Inkwiet.

Ikollok bżonn:

  • Basket jew barżakka (rucksack)
  • Oġġetti tqal bħal kotba jew ġebel li jirrappreżenta l-inkwiet tiegħek (ittaqqalx iżżejjed)
  • Poġġi l-oġġetti tqal li jirrappreżentaw l-inkwiet tiegħek fil-basket jew barżakka.
  • Erfa’ l-basket jew poġġi l-barżakka fuq dahrek.
  • Waqt li tagħmel hekk, aħseb fuq dak l-inkwiet li qed itaqqlek.
  • Poġġi l-basket mal-art u immaġina li se titlaq dan l-inkwiet.
  • X’taħseb li jista’ jgħinek tistrieħ mill-inkwiet tiegħek? 
  • Jekk tixtieq, tkellem ma’ Alla fuq dak kollu li jinkwetak u itolbu jgħinek.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.