San Filippu u San Ġakbu jaqsmu il-jum tal-festa tagħhom flimkien, ma kienux jiġu minn xulxin, imma it-tnejn gew imsejjħa minn Ġesu’ biex jimxu warajh, u hekk għamlu, saru tnejn mit-tnax l-Appostli.
Huwa mifhum li ir-raġuni li jiġu imfakkra fl-istess ġurnata hi li f’Mejju tas-sena 560 wara Kristu, ir-relikwi tagħhom inġiebu Ruma f’daqqa u tpoġġew fil-bażilika iddedikata lilhom.
San Filippu kien sajjied, mir-Raħal ta’ Betsajda, raħal tas-sajjieda qrib il-baħar tal-Galilija. Filippu kien dixxiplu ta’ Ġwanni l-Battista li kien jippriedka u li stqarr li Ġesu’ huwa “il-Ħaruf ta’ Alla”. Ġesu’ kien diġa sejjaħ lil Pietru u lil Andrija meta iltaqa ma Filippu. Ġesu’ hares lejh u qallu “Imxi warajja” u Filippu hekk għamel!
Filippu sab lill ħabib tiegħu Natanael u iddikjara li sab lil dak li wettaq dak li tħabbar lill-Poplu Lhudi. Meta Filippu ra li Natanael ma tantx kien qieghed jemmen qallu “Ejja u Ara”. Natanael mar u sar wieħed mit-tnax ukoll.
Probabilment Filippu kien jitkellem bil-Grieg, għax il-membri tal-kommunita Griega li kienu jgħixu Betsajda marru għandu biex jiltaqu ma Ġesu’.
Filippu kien il-karratru ewlieni fl-istorja tal-miraklu tal-ħames ħobżiet u żewġ ħutiet. Filippu kien ġie mitlub minn Ġesu’ biex issib mezz biex jitma dik il-ġemgħa! (Gw 7:5-7).
Filippu huwa msemmi flimkien ma’ l-Appostli l-oħra fiċ-Ċenaklu jistennew il-miġja ta’ l-Ispirtu S-Santu. Skont it-Tradizzjoni, Filippu flimkien ma oħtu u l-Appostlu Bartilmew marru jipriedkaw dwar Ġesu’ fil-Grecja, is-Sirja u Friġja. Waqt il-persekuzzjoni kontra l-Insara taħt l-Emperatur Ruman, Filippu ġie imsallab rasu l-isfel.
San Ġakbu kien iben Alfew u ommu kien jisimha Marija li kienet qariba tal-Madonna. Skont it-tradizzjoni Lhudija, minħabba li kien jiġi minn Ġesu’ kien jisejjah ‘ħu il-Mulej’. Ġakbu trabba ġo familja Lhudija reliġjuża, kien midħla ta’ l-Iskrittura u fl-osservanza tal-Liġi Lhudija. Huwa wkoll magħruf bħala ‘Ġakbu ż-Zgħir’ biex jingħaraf mill-Appostlu l-ieħor, Ġakbu li kien bin Żebedew u ħu Ġwanni l-Evanġelista.
Flimkien ma ħuħ San Ġuda Taddew huwa ġie msejjaħ biex ikun wieħed mit-tnax l-Appostli li mar wara Ġesu’ u kien xhieda tat-tagħlim u l-mirakli tiegħu, huwa ukoll kien xhieda tal-Qawmien ta’ Ġesu’. Wara t-tlugh ta’ Ġesu’ fis-Sema, l-Appostli marru f’pajjiżi oħra bħala missjunarji, Ġakbu baqa Ġerusalem fejn sar l-ewwel Isqof tal-post. F’dan ir-rwol huwa mexxa l-Konċilju ta’ Ġerusalem fis-sena 50 Wara Kristu, ta direzzjoni rigward il-Liġi Lhudija u l-Insara Pagani, dawn kienu dawk li saru Insara imma ma kienux Lhud. Ġakbu iltaqa ukoll ma’ San Pawl li tlett snin wara l-konverzjoni tiegħu, mar Ġerusalem u iltaqa ma’ San Pietru.
Ġakbu ż-Żgħir huwa magħruf ukoll bħala ‘Ġakbu l-Ġust’ minħabba il-qdusija kbira tiegħu, mgħoti għat-talbu u l-imħabba tiegħu lejn il-fqar. L-Epistola ta’ San Ġakbu li tinsab fit-Testment il-Ġdid hija attribwita lilu. F’din L-Epistola huwa jgħid li il-Fidi tagħna għanda tkun murija permezz ta’ l-azzjonijiet tagħna fil-ħajja ta’ kuljum. San Ġakbu Sofra l-martirju fis sena 62 Wara Kristu.
ara: Xbihat ta’ San Ġakbu ż-Żgħir.