San Filippu u San Ġakbu Appostli

4 ta' Mejju

San Filippu u San Ġakbu jaqsmu il-jum tal-festa tagħhom flimkien, ma kienux jiġu minn xulxin, imma it-tnejn gew imsejjħa minn Ġesu’ biex jimxu warajh, u hekk għamlu, saru tnejn mit-tnax l-Appostli.

Huwa mifhum li ir-raġuni li jiġu imfakkra fl-istess ġurnata hi li f’Mejju tas-sena 560 wara Kristu, ir-relikwi tagħhom inġiebu Ruma f’daqqa u tpoġġew fil-bażilika iddedikata lilhom.

San Filippu kien sajjied, mir-Raħal ta’ Betsajda, raħal tas-sajjieda qrib il-baħar tal-Galilija.  Filippu kien dixxiplu ta’ Ġwanni l-Battista li kien jippriedka u li stqarr li Ġesu’ huwa “il-Ħaruf ta’ Alla”.  Ġesu’ kien diġa sejjaħ lil Pietru u lil Andrija meta iltaqa ma Filippu.  Ġesu’ hares lejh u qallu “Imxi warajja” u Filippu hekk għamel!

Filippu sab lill ħabib tiegħu Natanael u iddikjara li sab lil dak li wettaq dak li tħabbar lill-Poplu Lhudi.  Meta Filippu ra li Natanael ma tantx kien qieghed jemmen qallu “Ejja u Ara”.  Natanael mar u sar wieħed mit-tnax ukoll.

Probabilment Filippu kien jitkellem bil-Grieg, għax il-membri tal-kommunita Griega li kienu jgħixu Betsajda marru għandu biex jiltaqu ma Ġesu’.

Filippu kien il-karratru ewlieni fl-istorja tal-miraklu tal-ħames ħobżiet u żewġ ħutiet.  Filippu kien ġie mitlub minn Ġesu’ biex issib mezz biex jitma dik il-ġemgħa! (Gw 7:5-7).

Filippu huwa msemmi flimkien ma’ l-Appostli l-oħra fiċ-Ċenaklu jistennew il-miġja ta’ l-Ispirtu S-Santu.  Skont it-Tradizzjoni, Filippu flimkien ma oħtu u l-Appostlu Bartilmew marru jipriedkaw dwar Ġesu’ fil-Grecja, is-Sirja u Friġja.  Waqt il-persekuzzjoni kontra l-Insara taħt l-Emperatur Ruman, Filippu ġie imsallab rasu l-isfel.

San Ġakbu kien iben Alfew u ommu kien jisimha Marija li kienet qariba tal-Madonna.  Skont it-tradizzjoni Lhudija, minħabba li kien jiġi minn Ġesu’ kien jisejjah ‘ħu il-Mulej’.  Ġakbu trabba ġo familja Lhudija reliġjuża, kien midħla ta’ l-Iskrittura u fl-osservanza tal-Liġi Lhudija.  Huwa wkoll magħruf bħala ‘Ġakbu ż-Zgħir’ biex jingħaraf mill-Appostlu l-ieħor, Ġakbu li kien bin Żebedew u ħu Ġwanni l-Evanġelista.

Flimkien ma ħuħ San Ġuda Taddew huwa ġie msejjaħ biex ikun wieħed mit-tnax l-Appostli li mar wara Ġesu’ u kien xhieda tat-tagħlim u l-mirakli tiegħu, huwa ukoll kien xhieda tal-Qawmien ta’ Ġesu’.  Wara t-tlugh ta’ Ġesu’ fis-Sema, l-Appostli marru f’pajjiżi oħra bħala missjunarji, Ġakbu baqa Ġerusalem fejn sar l-ewwel Isqof tal-post.  F’dan ir-rwol huwa mexxa l-Konċilju ta’ Ġerusalem fis-sena 50 Wara Kristu, ta direzzjoni rigward il-Liġi Lhudija u l-Insara Pagani, dawn kienu dawk li saru Insara imma ma kienux Lhud.  Ġakbu iltaqa ukoll ma’ San Pawl li tlett snin wara l-konverzjoni tiegħu, mar Ġerusalem u iltaqa ma’ San Pietru.

Ġakbu ż-Żgħir huwa magħruf ukoll bħala ‘Ġakbu l-Ġust’ minħabba il-qdusija kbira tiegħu, mgħoti għat-talbu u l-imħabba tiegħu lejn il-fqar.  L-Epistola ta’ San Ġakbu li tinsab fit-Testment il-Ġdid hija attribwita lilu.  F’din L-Epistola huwa jgħid li il-Fidi tagħna għanda tkun murija permezz ta’ l-azzjonijiet tagħna fil-ħajja ta’ kuljum.  San Ġakbu Sofra l-martirju fis sena 62 Wara Kristu.
ara: Xbihat ta’ San Ġakbu ż-Żgħir.

Fl-Ittra tiegħu, San Ġakbu jistqarr li il-fidi tagħna irridu nesprimuha permezz ta’ l-azzjonijiet tagħna fil-ħajja ta’ kuljum.  

  • Tkellem mat-tfal dwar din xi tfisser
  • Tista tagħżel biex tintroduċċi dan is-suġġett permezz tal-kanzunetti numri 13, 15 f’: ‘Walking with Jesus’
  • Nimxu ma’ Ġesu’ bil-mod li naġixxu, b’dak li ngħidu, kif nittrattaw lill ħaddieħor, id-dar u l-iskola, fil-familja u mal-ħbieb, anki ma dawk li ma tantx aħna ħbieb tagħhom.

San Filippu resaq in-nies lejn Ġesu’.

  • Tkellem mat-tfal dwar kif jistgħu iressqu persuni oħra biex jimxu ma’ Ġesu’!
  • Araw jekk hemmx tfal fl-inħawi tagħkom li issibuha diffiċli biex imorru l-Quddies jew il-Mużew.  Araw jekk tistgħux toffru li teħodhom għal dawn l-attivitajiet reliġjużi.
  • Tistgħu taħsbu ukoll f’xi persuna anzjana li taprezza li xi ħadd jeħoda l-Knisja nhar ta’ Ħadd.

Ħin tat-Talb mal-Familja

–  Ara:  Ġesu’ jitma 5000 persuna:  

– Mexxi t-tfal f’mument ta’ silenzju fejn ipoġġu lilhom infushom fil-post ta’ San Filippu…kieku x’kienu jħossu, jgħidu, għamlu?  Heġġeġ it-tfal biex jesprimu il-ħsibijiet tagħhom lil Ġesu’…Qed  jismagħhom!

–  Irringrazzja lil Ġesu’ għal persuni li jgħinuna biex nimxu ma’ Ġesu’ u li jg’almuna kif inwasslu għandu persuni oħra.

Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.