Iftaħ idejk u ħares lejn il-5 swaba’ ta’ waħda minn idejk. Kull wieħed minn subgħajk se jfakkrek għal min tista’ titlob.
- Fuq karta A4, penġi l-forma ta’ idejk.
- Qasqas il-forma ta’ idejk u fuq kull wieħed minn subgħajk ikteb dan li ġej:-
Il-kbir: il-familja u l-ħbieb,
Il-werrej: il-mexxejja u l-għalliema,
Il-fustani: il-gvernijiet u l-pulizija,
Taċ-ċurkett: il-morda u l-foqra
Iż-żgħir: jien u l-ħtiġijiet tiegħi.
- Waħħel il-forma ta’ idejk ma’ stikka tal-injam u poġġi l-istikka fil-ħamrija.
- Ħares lejn din l-id tal-karti u ħu l-ħin biex tgħid il-ħames talbiet tiegħek skont l-intenzjonijiet li ktibt fuq kull wieħed minn subgħajk.