Il-ħames swaba’ ta’ talb

Spazju ta’ talb fid-dar

Iftaħ idejk u ħares lejn il-5 swaba’ ta’ waħda minn idejk. Kull wieħed minn subgħajk se jfakkrek għal min tista’ titlob.

  • Fuq karta A4, penġi l-forma ta’ idejk.
  • Qasqas il-forma ta’ idejk u fuq kull wieħed minn subgħajk ikteb dan li ġej:- 

Il-kbir: il-familja u l-ħbieb, 

Il-werrej: il-mexxejja u l-għalliema, 

Il-fustani: il-gvernijiet u l-pulizija, 

Taċ-ċurkett: il-morda u l-foqra

Iż-żgħir: jien u l-ħtiġijiet tiegħi.

  • Waħħel il-forma ta’ idejk ma’ stikka tal-injam u poġġi l-istikka fil-ħamrija.
  • Ħares lejn din l-id tal-karti u ħu l-ħin biex tgħid il-ħames talbiet tiegħek skont l-intenzjonijiet li ktibt fuq kull wieħed minn subgħajk.  

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.