Qatt kellkom xi esperjenza meta ltqajtu ma’ xi ħadd li għandu rwol importanti, xi tip ta’ tmexxija f’idejh? Fil-Knisja hemm diversi mexxejja li fuq il-passi tal-appostli iwasslu lil Ġesù anke jekk ħaddieħor ma jaqbilx magħhom.
- Ħu qasrija u iżra’ pjanta. Itfa’ ftit ħamrija fil-qasrija, poġġi l-pjanta fil-ħamrija u żid ftit iktar ħamrija.
- Saqqi l-pjanta u waqt li qed tagħmel dan aħseb fl-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, s-saċerdoti jew mexxejja oħra fil-knisja li qegħdin jgħinuna nsiru bnedmin aħjar.
- Fuq karta ikteb “Kabbar il-Pjanta” u waħħalha mal-qasrija. Żomm il-qasrija f’post fejn tarha spiss u kompli itlob għall-isqfijiet u l-mexxejja tagħna.