Kabbar il-pjanta

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-mexxejja tal-Knisja

Qatt kellkom xi esperjenza meta ltqajtu ma’ xi ħadd li għandu rwol importanti, xi tip ta’ tmexxija f’idejh? Fil-Knisja hemm diversi mexxejja li fuq il-passi tal-appostli iwasslu lil Ġesù anke jekk ħaddieħor ma jaqbilx magħhom.

  •  Ħu qasrija u iżra’ pjanta. Itfa’ ftit ħamrija fil-qasrija, poġġi l-pjanta fil-ħamrija u żid ftit iktar ħamrija.
  •  Saqqi l-pjanta u waqt li qed tagħmel dan aħseb fl-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, s-saċerdoti jew mexxejja oħra fil-knisja li qegħdin jgħinuna nsiru bnedmin aħjar.
  • Fuq karta ikteb “Kabbar il-Pjanta” u waħħalha mal-qasrija. Żomm il-qasrija f’post fejn tarha spiss u kompli itlob għall-isqfijiet u l-mexxejja tagħna.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.