Kemm hu sew meta xi ħadd iżommli idi biex jekk inkun ser naqa’ jżommni. Kemm hu sew li nsibu min jagħti kas tagħna u jkun lest biex jgħinna. Kemm hu sew li aħna wkoll inżommu id l-oħrajn meta jkollhom bżonn.
- Ħu karta b’ forma ta’ tifel jew tifla u ikteb ismek fuqha.
- Waqt li tuża l-istapler biex tgħaqqad il-karta tiegħek ma’ tal-oħrajn mill-idejn, ftakar f’dawk il-persuni li tiltaqa’ magħhom l-iskola, d-dar, il-mużew jew f’xi klabb tal-isports, li dejjem kienu lesti biex iżommulek idejk meta kellek bżonn għax iħobbuk.
- Jekk trid issa tista’ ukoll tgħid talba ta’ ringrazzjament għal dawn il-persuni.