Id f’id

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba t'apprezzament

Kemm hu sew meta xi ħadd iżommli idi biex jekk inkun ser naqa’ jżommni. Kemm hu sew li nsibu min jagħti kas tagħna u jkun lest biex jgħinna. Kemm hu sew li aħna wkoll inżommu id l-oħrajn meta jkollhom bżonn.

  • Ħu karta b’ forma ta’ tifel jew tifla u ikteb ismek fuqha. 
  • Waqt li tuża l-istapler biex tgħaqqad il-karta tiegħek  ma’ tal-oħrajn mill-idejn, ftakar f’dawk il-persuni li tiltaqa’ magħhom l-iskola, d-dar, il-mużew jew f’xi klabb tal-isports, li dejjem kienu lesti biex iżommulek idejk meta kellek bżonn għax iħobbuk.  
  • Jekk trid issa tista’ ukoll tgħid talba ta’ ringrazzjament għal dawn il-persuni.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.