San Duminku

8 ta' Awwissu

San Duminku huwa ta’ spiss muri b’kelb ħdejh b’torċa f’ħalqu.  Din ix-xbieha daqsxejn stramba hija marbuta ma ħolma li omm Duminku kellha meta kien ser jitwieled.  L-istorja tgħid li waqt li kienet qiegħda tieħu sehem f’pellegrinaġġ sal-Monasteru ta’ Silos, kellha ħolma li welldet kelb b’torċa imqabbad f’ħalqu, hija semgħet vuċi tgħidilha li binha kien ser iqabbad id-dinja!

Duminku twieled fis-sena 1170, ġo Calaruega fi Spanja fi ħdan familja nobbli.  Missieru kien Feliċ de Guzman, u ommu Ġovanna ta’ Aża li hija ibeatifikata.  Ħuħ Manes daħal ma l-Ordni tal- Predikaturi u ħuħ ieħor Antonio sar saċerdot djoċesan fejn iddedika ħajtu għal kura tal-morda.

Ziju min naħa ta’ omm Duminku, l-Arċipriet Guzman d’Izan ħa ħsieb l-edukazzjoni elementari ta’ Duminku.  Wara kompla l-edukazzjoni tiegħu fl-Universita’ ta’ Palencia għal 10 snin.  Meta l-għaks laqat lil Spanja, Duminku biegħ il-kotba u kull ma kellu biex jixtri l-ikel għal fqar u dawk bla dar.  Darba prova ibiegħ lilu nnifsu bħala skjav, biex iġġib il-flus biex jixtri l-ħelsien ta’ dawk li kienu ittieħdu bħala skjavi mill-Mori.  Maż-żmien, Duminku inħatar Superjur tal-Kapitlu, 

M’għandiex data eżatta ta’ meta Duminku sar Saċerdot.  Darba waħda, l-Isqof talbu jidħol mal-Kanoniċi Regulari tal-Kapitlu Kattidrali biex jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu fir-Riforma ta’ l-istess Kapitlu.  Dawn kienu kommunita ta’ Saċerdoti marbutin mal-Kattidral biex jagħtu pariri lil Isqof.  Eventwalment, Duminku inħatar Superjur tal-Kapitlu fejn qatta 9 snin, fi talb u penitenza u kważi qatt ma ħareġ mid-dar.

Duminku kellu madwar 33 sena meta l-Mulej urih l-missjoni vera tiegħu. Huwa nħatar mill Papa biex immur ma l-Isqof De Acebo fuq missjoni diplomatika id-Danimarka biex issibu għarusa għal Prinċep.  Madankollu meta l-Prinċipessa mietet fi triqthom lejn Spanja, Duminku u l-Isqof, ġew meħlusa mill-missjoni tagħhom, u ritornaw Ruma.  L-intenzjoni ta’ l-Isqof kienet li jirriżenja mill-pozizzjoni tiegħu bħala Isqof u flimkien ma Duminku jiddedikaw l-missjoni tagħhom fin-nofsinhar ta’ Franza, biex jikkumbattu l-ereżija tal-Albigiżi, setta  li kienet qed ixxerred tagħlim kuntrarju għal dak li tgħallem il-Fidi Kattolika.

Duminku iffaċċja tehdid hekk kif ippersevera bil-predikazzjoni effettiv tiegħu u l-ħajja penitenzjali tiegħu biex jikkonverti l-poplu lejn il-Knisja Kattolika.  Meta Duminku u Diegu kienu qed jiġu segwiti minn ħafna persuni li ikkonvertew, waqfu il-post prinċipali tagħhom ġo monasteru fi Proulle u aktar tard f’Santa Sabina.

Wara li m’aċċettax it-talba tal-Papa li issir Isqof, Duminku sar konvint li l-missjoni tiegħu kienet li jwaqqaf Ordni Religjuż li jinkorpora fih sistema ta’ edukazzjoni, ibbażżat fuq it-talb u l-penitenza, li l-membri tiegħu jivvjaġġaw biex jippriedkaw it-tagħlim tal-Fidi Kattolika.

Kien f’Lulju 1215 li l-Papa ta permezz lil Duminku biex iwaqqaf l-Ordni fuq il-prinċipji ta’ edukazzjoni, penitenza u talb.  L-Ordni beda b’sitt membri li nxtered madwar l-Ewropa fejn twaqqfu djar ta’ l-Ordni, li sar magħruf bħala l-Ordni tal-Predikaturi.

Duminku kompla jivvjaġġa.  Kull ma kellu kien bastun u sorra bil-Vanġelu ta’ San Mattew u l-Ittri ta’ San Pawl, kien jiġbed lejh ħafna nies meta kien jippriedka. Duminku Marrad meta kellu 51 sena b’deni għoli, meta kien qiegħed immut talab li jitpoġġa fl-art.  Duminku miet nhar is-6 t’Awwissu 1221.

Ħeġġeġ t-tfal biex ikunu ġenerużi, mhux biss biex jimitaw l-eżempju ta’ San Duminku, imma wkoll għax tgħinhom jiżviluppaw soċjalment, f’soċjeta li qed tgħidilhom li iktar ma jkollok ‘affarijiet’ iktar ser tkun kuntent.

  • Inkoraġixxi t-tfal biex ifaddlu l-flus biex dawn jingħataw bħala familja għall-karita.
  • Flimkien mat-tfal araw jekk hemmx xi ġugarelli jew ħwejjeġ li t-tfal m’għadhomx jużaw u li għadhom tajbin.  Ħalli t-tfal nnfushom jagħtuhom għall-karita, għall-immigrant li għadhom kif bdew jgħixu fil-kommunita jew jgħatuhom lil Kappillan biex jagħtihom għat-tfal fil-bżonn.

San Duminku rċievha it-talba tar-Ruzarju mingħand il-Madonna.  Ir-Rużarju, kif nafuh illum, sar popolari ħafna wara din il-ġrajja.

  • Permezz ta’ l-Istorja tad-dehra tal-Madonna lil San Duminku, tistgħu tieħdu l-opportunita biex tintroduċċi it-talba tar-Rużarju!  Ibda bil-mod.  Li tgħallem lit-tfal it-talba tar-Rużarju hija proċess tadattah skont l-eta ta’ tfal.
  • Tista tibda billi titlob magħhom il-Missierna, is-Sliema u l-Glorja.
  • Issokta billi tintroduċi il-Kuruna tar-Rużarju, spjegalhom li mhiex ġiżirana jew xi ġugarell.  Il-pass li jmiss hu li titolbu Rużarju billi taħsbu fuq il-ħajja ta’ Ġesu’ mit-twelid tiegħu sa tlugħ tiegħu fis-Sema.  Sib l-opportunita biex taqra l-istorja li għandha x’taqsam ma kull misteru mill-Bibbja.  Nissuġerixxu li ma tagħmilhomx kollha f’daqqa!  Itolbu posta kuljum mifruxa fuq perjodu taż-żmien.
  • Akkwistaw kuruna tar-Rużarju għat-tfal. U dendilha fil-kamra tas-sodda tagħhom.


Ħin tat-Talb mal-Familja

– oħloq spazju għat-talb. Ixgħel xemgħa.

– Itlob posta tar-Rużarju u ħeġġeġ it-tfal jużaw il-Kuruna tar-Rużarju tagħhom.  Tistgħu titolbu tlett Sliema u Qaddisa għal kull posta.

– Kantaw xi innu tal-Madonna!

Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.