It-tbissima bħal qisa tittieħed u meta xi ħadd viċin tagħna jitbissem għaliex ikun kuntent inħossuna kuntenti aħna ukoll. Sabiex nħobbu lill-oħrajn irridu naħsbu inqas fina nfusna u iktar fl-oħrajn. Hekk, il-ferħ tagħhom jiġi għadna wkoll. Sfortunatament, l-affarijiet materjali u xi drawwiet tagħna jżommuna lura milli nħobbu verament lill-oħrajn kif iħobbna Alla.
- Aħseb dwar dawk l-affarijiet u d-drawwiet li qed iżommuk milli jkollok l-ħin u l-enerġija biex tħobb lill-oħrajn fil-prattika, bħall-għażż, il-kumdità u l-ħin li tqatta’ fuq it-teknoloġija.
- Fuq il-qafas tal-bużżieqa pprovdut ikteb xi affarijiet li inti lest li titlef sabiex minflok tirbaħ l-ferħ għalik u għal dawk ta’ madwarek.
- Issa , tista’ titlob lil Alla biex jgħinek taħseb inqas fik innifsek u aktar fl-oħrajn.