Nitlef biex nirbaħ

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex naħsbu fl-oħrajn

It-tbissima bħal qisa tittieħed u meta xi ħadd viċin tagħna jitbissem għaliex ikun kuntent inħossuna kuntenti aħna ukoll. Sabiex nħobbu lill-oħrajn irridu naħsbu inqas fina nfusna u iktar fl-oħrajn.  Hekk, il-ferħ tagħhom jiġi għadna wkoll.  Sfortunatament, l-affarijiet materjali u xi drawwiet tagħna jżommuna lura milli nħobbu verament lill-oħrajn kif iħobbna Alla.

  • Aħseb dwar dawk l-affarijiet u d-drawwiet li qed iżommuk milli jkollok l-ħin u l-enerġija biex tħobb lill-oħrajn fil-prattika, bħall-għażż, il-kumdità u l-ħin li tqatta’ fuq it-teknoloġija.
  • Fuq il-qafas tal-bużżieqa pprovdut ikteb xi affarijiet li inti lest li titlef sabiex minflok tirbaħ l-ferħ għalik u għal dawk ta’ madwarek.
  • Issa , tista’ titlob lil Alla biex jgħinek taħseb inqas fik innifsek u aktar fl-oħrajn.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.