Qatt rajt jew irċivejt invit għal xi festin? Alla ukoll qed jibagħtelk invit għall-festa ta’ mħabba bejnu, bejnek u għal kull bniedem. Invit biex tkun parti mis-saltna tiegħu. Dan l-invit Alla jibagħtulek permezz ta’ diversi modi, fost l-oħrajn permezz ta’ nies li jħobbuk bħall-ġenituri, familjari, saċerdoti, katekisti, għalliema u ħbieb tajba. Dan il-festin jdum tul ħajtek kollha u ċelebrazzjoni ssir kull fejn tmur. Fost il- ħwejjeġ li tista’ tilbes għal din il-festa hemm: l-imħabba, il-maħfra, il-ġustizzja, il-ferħ, it-tama, il-kompassjoni, ir-reżiljenza u l-umiltà.