Kun ippreparat

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nilqa' lil Alla

Bħal torċ jew mowbajl aħna ukoll għadna bżonn nkunu ċċarġjati billi nagħmlu affarijiet tajba biex nkunu ppreparati biex nilqgħu lil Alla u nkunu miegħu.

  • Taħseb li lest tilqa’ lil Alla.
  • Fuq il-karta forma ta’ ċarġer ikteb il-kliem ‘Kun Ippreparat’ u ħu ftit ħin biex taħseb f’affarijiet li tista’ tagħmel  sabiex terġa’ tiċċarġja lilek innifsek u tkun ippreparat għal Alla.
  • Issa tista’ titlob lil Alla biex jiggwidak biex tħejji lilek innifsek għalih.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.