Il-borża ta’ San Martin hija tradizzjoni Maltija li tfakkarna fil-karità li kien juri San Martin. Niċċelebraw il-festa ta’ San Martin ta’ Tours fil-11 ta’ Novembru u dakinhar it-tfal jingħataw borża tad-drapp ikkulurita li jkun fiha tuffieħa, larinġa, mandolina, rummiena, ftit ġewż, ġellewż, qastan, lewż, tin ħelu u ħobża ħelwa.
- Ħu ftit ħin biex taħseb f’azzjonijiet li tista’ tagħmel fil-ħajja ta’ kuljum li jħallu frott bħal karità, ħlewwa, ġenerożità, paċenzja u kull għajnuna oħra.
- Fuq il-karta b’forma ta’ borża, ikteb 3 azzjonijiet tajba li bi ħsiebek tagħmel matul il-ġimgħat li ġejjin.
- Issa, tista’ tirringrazzja lil Alla għall-kwalitajiet u t-talenti li tak u itolbu jgħinek tużahom fit-tajjeb għall-ġid tiegħek u tal-oħrajn.