Din hija attività għal tfal bejn l-4 u 7 snin, bl-għajnuna tal-ġenituri jew aħwa akbar.
Ipprintjaw il-blalen (baubles) fuq kartonċina bajda.
Ħallu lit-tfal jagħtuhom il-kulur.
Aqtgħu max-xifer, agħmlu toqba fin-naħa ta’ fuq. Għaddu spaga mit-toqba u l-ballun jista’ jiddendel mas-siġra tal-Milied, jew ma’ xi tieqa, inkella fil-kamra tat-tfal.